“We do not see nature with our eyes, but with our understandings and our hearts.”
William Hazlitt
Esploraturi tal-ambjent huwa programm li jsir qalb l-ambjent fejn iż-żgħażagħ jesperjenzaw u jesploraw in-natura, jsiru konxji tal-kunċett ta’ ‘leave no trace’, jaħdmu f’tim u jieħdu pjaċir jipprattikaw il-benefiċċji li jqattgħu l-ħin barra. Dan huwa offrut lill-istudenti li jsegwu l-Prince’s Trust International Achieve Programme Malta.
Iż-żgħażagħ jiltaqgħu f’wieħed miċ-ċentri ta’ attivitajiet taż-żgħażagħ tal-Aġenzija Żgħażagħ, jew ġewwa Villa Psaigon, Ħad-Dingli jew f’Marsaxlokk. Iż-żgħażagħ isiru jafu lil xulxin, isiru konxji tal-kodiċi tat-triq u jimxu madwar 4.5 kilometri. Fl-ewwel waqfa tagħhom iż-żgħażaġħ jagħmlu attività fiżika li hija bbażata fuq ħiliet ta’ ħidma f’tim u t-tieni post li jieqfu fih, jagħtihom l-opportunità li japrezzaw xenarju mill-isbaħ. Tul it-triq iż-żgħażagħ jingħataw il-kompitu li jlestu ‘senses scavenger hunt’ biex isibu 3 affarijiet li jistgħu jisimgħu, jduqu, jxommu, jaraw u jmissu matul il-ġurnata. Dan huwa mod ieħor biex tapprezza l-ambjent.
“There is a way that nature speaks, that land speaks. Most of the time we are simply not patient enough, quiet enough, to pay attention to the story.” ― Linda Hogan
Matul il-mixja tan-natura, ż-żgħażagħ jingħataw ukoll materjal, ingwanti u boroż taż-żibel/riċiklaġġ biex inaddfu l-imbarazz fit-toroq biex isostnu l-kunċett ta’ ‘leave no trace’. Wara l-mixja fin-natura, l-program jingħalaq permezz tat-tisjir u t-tindif.