European Union Youth Policy

In 2001, the European Commission published a White Paper A new Impetus for European Youth  on youth policy that encouraged Member States to increase cooperation in four priority areas: participation, information, voluntary activities and a greater understanding and knowledge of youth. The White Paper also proposed that youth related issues be taken into  account when formulating policy in related fields such as  education and training, employment, social inclusion and health.

In 2002, on the basis of the White Paper, the Council of the European Union agreed  a Framework for European Co-operation in the Youth Field which comprised three main strands aimed at promoting:
• Young people’s active citizenship
• Social and occupational integration of young people, and
• Including a youth dimension in other policies.

In 2005, the framework was updated to take account of the European Youth Pact which aimed to promote the participation of all young people in education, employment and society.

Following on consultation with the Member States and an impact assessment, the European Commission published An EU Strategy for Youth –  Investing and Empowering in 2008 which had the following goals:
• to create more opportunities for youth in education and employment
• to improve access and full participation of all young people in society, and
• to foster solidarity between youth and society.

It also emphasised the role of youth work in dealing with unemployment, school failure and social exclusion, as well as in improving skills and providing leisure time.

Resulting from the European Commission’s initiative, a Council Resolution on a renewed Framework for European Cooperation in the Youth Field (2010-2018) was approved by the Council of  Youth Ministers in 2010.

EU Youth Strategy, Engage, Connect, Empower (2019-2027)

The new EU Youth Strategy, Engage, Connect, Empower, which covers the period 2019 to 2027, and was concluded  under the Austrian  Presidency, provides for supporting youth organisations, projects and activities under Erasmus+ and the European Solidarity Corps; connecting young people and youth organisations with policy-makers through a new EU Youth Dialogue; and implementing a Youth Work Agenda as well as setting down European Youth Goals.

Il-Politika taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea

Fl-2001, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat White Paper bl-isem ta’ Impetus ġdid għaż-Żgħażagħ Ewropej dwar il-politika taż-żgħażagħ li ħeġġet lill-Istati Membri biex iżidu l-kooperazzjoni tagħhom f’erba’ oqsma ta’ prijorità: parteċipazzjoni, informazzjoni, attivitajiet volontarji u fehim u għarfien akbar fil-qasam taż-żgħażagħ. Il-White Paper ipproponiet ukoll li materji relatati maż-żgħażagħ jiġu kkunsidrati waqt l-formulazzjoni ta’ politika f’oqsma relatati bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u s-saħħa.

Fuq il-bażi tal-White Paper, fl-2002, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qabel dwar it-tnedija ta’ Qafas għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-Qasam taż-Żgħażagħ li kien jinkludi tliet linji ewlenin immirati biex jippromwovu:
• Ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ
• Integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali taż-żgħażagħ u
• Inklużjoni ta’ perspettiva żagħżugħa f’politiki oħra.

Fl-2005, il-qafas ġie aġġornat biex jieħu kont tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ li kellu l-għan li jippromwovi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha fis-setturi tal-edukazzjoni, xogħol u s-soċjetà.

Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Ninvestu u Nagħtu s-Setgħa (EU Strategy for Youth –  Investing and Empowering ) fl-2008, li kellha l-għanijiet li ġejjin:

  • Toħloq aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ fl-edukazzjoni u x-xogħol
  • Ttejjeb l-aċċess u l-parteċipazzjoni sħiħa taż-żgħażagħ kollha fis-soċjetà, u
  • Trawwem is-solidarjetà bejn iż-żgħażagħ u s-soċjetà.

Din l-istrateġija enfasizzat wkoll lir-rwol tax-xogħol maż-żgħażagħ meta jiġu trattati materji bħal qgħad, il-falliment fl-istituzzjonijijet edukattivi u l-esklużjoni soċjali, kif ukoll fit-titjib tal-ħiliet u l-għoti tal-ħin liberu.

B’riżultat tal-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, ġiet approvata mill-Kunsill tal-Ministri taż-Żgħażagħ fl-2010, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Qafas imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-Qasam taż-Żgħażagħ (2010-2018). 

EU Youth Strategy, Engage, Connect, Empower (2019-2027)

L-istrateġija l-ġdida tal-UE għaż-żgħażagħ Engage, Connect, Empower  li tkopri l-perjodu mill-2019 sal-2027, u li ġiet konkluża taħt il-Presidenza Awstrijaka, tipprovdi għall-appoġġ ta’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, proġetti u attivitajiet taħt Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà; il-konnessjoni taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ ma’ dawk li jfasslu l-politika permezz ta’ Djalogu ġdid taż-Żgħażagħ tal-UE; u l-implimentazzjoni ta’ Aġenda tax-Xogħol maż-Żgħażagħ kif ukoll l-istabbiliment ta’ Għanijiet Ewropej taż-Żgħażagħ.

Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.