IdeARTI III – Arti Digitali
ideARTI III huwa programm ibbażat fuq proġetti offrut b’kollaborazzjoni mal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli – Malta School of Arts.
IdeARTI III – Arti Digitali huwa programm ibbażat fuq proġett mibni biex jappoġġja kreattivi żgħażagħ fl-iżvilupp ta’ xogħol artistiku finali li jirrifletti l-lingwa artistika personali tagħhom. Permezz ta’ taħlita ta’ tutorials, seminars, u kritiċi bejn il-pari, kreattivi żgħażagħ se jkunu mħeġġa biex jirriċerkaw, jesploraw, jesperimentaw b’materjali, proċessi u tekniki u jiżviluppaw kunċett personali permezz ta’ vjaġġ ibbażat fuq proċess li jimmanifesta ruħu fil-ħolqien ta’ xogħol tal-arti finali.
Il-parteċipanti f’dan il-programm se jkunu mistiedna jiżviluppaw xogħlijiet li jiffokaw fuq it-tema tal-IDENTITA’.
Żgħażagħ kreattivi ta’ bejn it-18 u t-30 sena, fil-pussess ta’ kwalifika minima tal-MQF Livell 4 (livell avvanzat) fl-Arti Viżiva li jaħdmu b’tekniki differenti tal-istampar u li juru impenn biex ikomplu bl-istudji tagħhom fl-Arti Viżiva u jiżviluppaw prattiċi artistiċi personali.
- Jingħata l-ispazju biex wieħed jesperimenta u joħloq bl-għajnuna ta’ mentor.
- Tingħata riunifikazzjoni ta’ € 300 għal kull parteċipant mmirata biex tappoġġja l-ħolqien tax-xogħlijiet prodotti matul il-proċess.
- Ċertifikat ta’ parteċipazzjoni
- Wirja tal-proġetti finali fl-Iskola tal-Arti MAVC-Malta fil-Belt Valletta.
- Jiġi ppubblikat ukoll katalgu tal-biċċiet esebiti u l-proċess artistiku.
- Bord ta’ ġurija professjonali se jagħżel rebbieħ li jingħata l-opportunità li jipparteċipa f’kors fis-sajf barra minn Malta li jinkludi l-ispejjeż tal-biljett tat-titjira, l-ikel u l-alloġġ.