Scroll Top

Nagħmlu d-Drittijiet tat-Tfal aktar aċċessibbli, viżibbli u impenjattivi

Aġenzija Żgħażagħ kisbet il-Premju tal-Kwalità.

Il-Premju tal-Kwalità huwa distinzjoni mogħtija lil dipartimenti u entitajiet fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika, li l-kunsinna tas-servizz tagħhom lill-klijenti tilħaq dawk l-istandards ta’ servizz definiti permezz tal-4 Pilastri (vuċi u fehim tal-klijent, disinn u implimentazzjoni ta’ politiki u servizzi li jissodisfaw l-aspettattivi tal-klijenti, twassil ta’ servizz ta’ kwalità u responsabbiltà, fejn in-nies isiru parti mill-eċċellenza tas-servizz ipprovdut), l-10 Determinanti tas-Servizz ta’ Kwalità kif definiti mill-mudell ta’ kwalità SERVQUAL (Affidabbiltà, Reazzjoni, Kompetenza, Aċċess, Korteżija, Komunikazzjoni, Kredibbiltà, Sigurtà, Fehim/Tgħarraf lill-Klijent u Tanġibbli), Direttiva 4-1 u kwalunkwe direttiva jew politika oħra li tistabbilixxi standards ta’ kwalità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika.

Il-verżjoni bl-Ingliż ta’ ‘The Aġenzija Żgħażagħ Service Charter’ tista’ titniżżel minn hawn, u l-verżjoni bil-Malti tista’ titniżżel minn hawn.

Bil-kisba tal-Premju tal-Kwalità, Aġenzija Żgħażagħ timpenja ruħha li tiżgura monitoraġġ kontinwu tal-istandards bil-għan li jinżamm il-Premju tal-Kwalità.

Aktar informazzjoni dwar il-Premju tal-Kwalità tista’ tiġi aċċessata minn hawn​.

Leave a comment

Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.