Scroll Top

Irriserva post fiċ-Ċentri tal-Attivitajiet taż-Żgħażagħ

UŻU TAĊ-ĊENTRI TAL-ATTIVITAJIET biex torganizza l-avvenimenti tiegħek


Iċ-Ċentri ta ‘Attivitajiet taż-Żgħażagħ tagħna huma spazji li jistgħu jintużaw minn organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ bil-għan li jorganizzaw avvenimenti bħal seminars, live ins jew skambji taż-żgħażagħ..

Iċ-ċentru ta’ attivitajiet għaż-żgħażagħ f’Marsaxlokk  jinsab fl-Iskola Primarja ta’ Marsaxlokk. Dan joffri akkomodazzjoni għal gruppi sa 50 ruħ. (Għal dan il-perjodu, qegħdin naċċettaw biss 19-il persuna minħabba l-Covid-19.)

• Ħamsin (50) sodda mqassma fuq żewġ sulari flimkien ma’ 2 u 3 sodod kull kamra.
• Żewġ (2) kmamar tas-sodda b’faċilitajiet ensuite
• Showers komuni u faċilitajiet sanitarji f’kull sular
• Kamra tal-ikel
• Kċejjen self-catering
• Żoni ta’ workshop inklużi t-TV u l-Wi-Fi
• Spazju ta’ divertiment kemm ġewwa u barra
• Aċċessibbli għas-siġġu tar-roti

Iċ-Ċentru ta’ Attivitajiet għaż-żgħażagħ f’Villa Psaigon tinsab fil-periferija ta’ Ħad-Dingli biswit il-Buskett. Toffri akkomodazzjoni għal gruppi sa 30 persuna. (Għal dan il-perjodu, mhux qegħdin naċċettaw persuni ġewwa dan iċ-ċentru minħabba l-COVID-19 u xogħol ta’ tiswija.)

• Tletin (30) sodda mqassma f’żewġ dormitorji
• Żewġ (2) kmamar tas-sodda doppji separati
• Żewġ (2) kmamar tal-banju u tojlits komuni
• Kċina self-catering
• Kamra tal-ikel
• Żoni ta’ workshop inklużi t-TV u l-Wi-Fi
• Spazji ta’ divertiment kemm ġewwa u barra
• Aċċessibbli għas-siġġu tar-roti

Ir-rati jibdew minn għaxar (10) ewro għal kull persuna kull lejl u seba’ (7) ewro għal kull persuna għal kull lejl għal organizzazzjonijiet irreġistrati.

GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI IKKUNTATTJANA FUQ 22586700 JEW IBGĦAT EMAIL FUQ reservations.agenzijazghazagh@gov.mtT

Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.