- Il-Youth Hub fl-MCAST
- Youth Café f’ Kottonera
- Detached Youth work
- Programmi ta’ Edukazzjoni Ċivika fl-iskejjel
- Programmi ta’ ħiliet għall-ħajja
- Programmi ta’ tranżizzjoni
- Model European Parliament
- IdeAzzjonisti
- Il-Programm Young Parliamentarians
- L-iStudent Council Democracy Awards
Il-Youth Hub huwa servizz ta’ edukazzjoni mhux formali f’ambjent ta’ edukazzjoni formali. Dan is-servizz joffri spazju biex il-Youth Worker jista’ jibni relazzjoni b’saħħitha maż-żgħażagħ kif ukoll jista’ jaħdem maż-żgħażagħ sabiex ikunu jistgħu joħorġu bi proposti ta’ proġetti u inizjattivi sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom. Il-Youth Worker huwa ingaġġat ukoll f’attivitajiet oħra fi ħdan l-iskola sabiex iżomm kuntatt maż-żgħażagħ.
Il-Youth Cafés joffru appoġġ u spazji alternattivi ta’ divertiment, fejn żgħażagħ ta’ bejn it-13 u l-25 sena jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom, jiltaqgħu ma’ sħabhom f’ambjent sigur, jesploraw it-talenti tagħhom u jiżviluppaw ħiliet personali u soċjali.
YOUTH HUB
Triq Kordin,
Raħal Gdid
Youth Cafe
C/O Kulleġġ Santa Margarota
Triq San Edward Fortini Birgu
(operat minn right 2 smile)
Klabb tal-Futbol Santa Lucija
Triq Begonja, Santa Lucija
Ħinijiet tal-Ftuħ
09:00- 14:00
11:00- 14:00
17:30- 20:00
17:30- 20:00
17:00- 20:00
Fin-Nofsinhar ta’ Malta, d-detached youth work jiġi mwettaq madwar iż-żoni tal-Kottonera u l-Kalkara, Żejtun u f’Birzebbugia. Fiż-żoni kollha jkun hemm tim ta’ ħaddiema għaż-żgħażagħ li jmorru madwar darbtejn fil-ġimgħa u jiltaqgħu maż-żgħażagħ fit-toroq. Iż-żgħażagħ jkollhom ċ-ċans li jiddiskutu magħhom u f’okkażjonijiet jiġu infurmati mill-ħaddiema għaż-żgħażagħ stess, dwar kwistjonijiet u opportunitajiet differenti li huma ta’ interess għalijom. Barra minn hekk, f’okkażjonijiet differenti l-ħaddiema għaż-żgħażagħ jgħinu liż-żgħażagħ fuq bażi one-to-one dwar kwistjonijiet relatati mal-impjieg, xogħol tal-iskola u riferiment għal servizzi oħra. Permezz ta’ detached youth work , l-Aġenzija Żgħażagħ tkun tista’ toħloq rabtiet mal-komunità u tidħol għall-proġetti differenti. Żewġ inizjattivi riċenti bl-għan li jpffru appoġġ liż-żgħażagħ kienu l-iSkate Park ta ’Birżebbuġa kif ukoll li nsegwu liż-żgħażagħ li ngħaqdu f’wieħed mill-klabbs tal-futbol lokali fiż-żona.
Għal aktar informazzjoni int ġentilment mitlub iċċempel lil Aġenzija Żgħażagħ fuq 22586700 jew tibgħat email fuq agenzija.zghazagh@gov.mt