Scroll Top

MEP Malta

X’inhu MEP? 

Il-Mudell tal-Parlament Ewropew huwa simulazzjoni tal-Parlament Ewropew għal żgħażagħ ta’ 16-19-il sena li ilha taħdem mill-1994. Is-sessjonijiet Mudell tal-Parlament Ewropew jistgħu jsiru fuq livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali. Madwar 30 pajjiż huma eliġibbli biex jipparteċipaw f’sessjonijiet internazzjonali, filwaqt li sessjonijiet ewroreġjonali li jinvolvu madwar 10 pajjiżi għal kull sessjoni reġjonali, huma ġeneralment organizzati biex jagħtu lid-delegati opportunità għal aktar esponiment. Bħala l-koordinatur nazzjonali tal-MEP Europe f’Malta, l-Aġenzija Żgħażagħ torganizza sessjonijiet nazzjonali biex tipprepara delegati Maltin biex jieħdu sehem f’sessjonijiet internazzjonali li jsiru f’destinazzjonijiet Ewropej differenti kull 6 xhur.

Għal min jappella?

Żgħażagħ ta’ bejn is-16 u d-19-il sena jistgħu jipparteċipaw f’MEP. L-Aġenzija Żgħażagħ torganizza s-sessjonijiet nazzjonali li matulhom l-Aġenzija tagħżel żewġ (2) delegazzjonijiet biex jirrappreżentaw lil Malta f` Marzu u Novembru 2024 waqt is-sessjonijiet Internazzjonali tal-MEP.

Matul l-Għażliet Nazzjonali ta’ Jannar 2024, l-aħjar skola ġenerali aġġudikata se tkun id-delegazzjoni li tipparteċipa fis-sessjoni Internazzjonali ta’ Marzu 2024 f` Tartu, l-Estonja. Id-delegazzjoni ta’ Novembru 2024 li tattendi s-sessjoni Internazzjonali f` Ateni, l-Grecja se tkun komposta mill-aqwa ħames delegati mill-iskejjel parteċipanti l-oħra.

X’inhuma l-Benefiċċji?

Il-Mudell tal-Parlament Ewropew huwa l-post għal ideat taż-żgħażagħ, il-forum għad-demokrazija taż-żgħażagħ u l-parlamentariżmu, u l-post għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet futuri. Dan jagħtik l-opportunità li teċċella fit-taħdit fil-pubbliku, fid-dibattitu, fil-lobbying, fil-kitba ta’ riżoluzzjonijiet, li taħdem f’tim, u aktar importanti, li tagħmel ħbieb ġodda..

Kif nista’ nkun parti minn dan il-programm? 
L-APPLIKAZZJONIJIET BĦALISSA HUMA MAGĦLUQA
Għal aktar informazzjoni ikkuntattjana fuq 22586700 jew ibgħat email fuq agenzija.zghazagh@gov.mt
Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.