Demokrazija I.S.S.A

X’inhu Demokrazija I.S.S.A?

Democrazija I.S.S.A. ‘Insaħħu l-iSkola bi Studenti Attivi’ hija sessjoni mill-Aġenzija Żgħażagħ li twassal lill-istudenti l-importanza tad-demokrazija bhala dritt, responsabbilità u impenn. Matul is-sessjoni ta’ madwar 35 minuta, l-istudenti se jesperjenzaw b’mod interattiv l-proċess ta’ dak li jiġri qabel u matul l-elezzjoni tal-kunsill tal-istudenti. L-istudenti tal-iskola kollha għandhom sehem importanti fil-ħidma tal-kunsill tal-istudenti għax flimkien mar-rappreżentanti tagħhom, huma jistgħu jgħinu biex l-iskola tkompli tkun post demokratiku, b’valuri ċiviċi u li jinkludu lil kulħadd.

Għal min jappella?

Għall-iskejjel Sekondarji

  • It-Tmien Sena
  • Id-Disa’ Sena
  • L-Għaxar Sena
X’inhuma l-Benefiċċji?

Billi tipparteċipa se tkun taf aktar dwar:

  • Kif jiġi elett il-kunsill tal-istudenti b’mod demokratiku
  • Kif permezz tal-kunsill tal-istudenti nista’ nkun ċittadini attivi fl-iskola
  • Kif f’demokrazija trid tinkudi lil kulħadd
Kif nista nkun parti min dan l-programm?
For further information please contact Aġenzija Żgħażagħ on 22586700
or email on agenzija.zghazagh@gov.mt
Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.