IdeAzzjonisti

X’inhu IdeAzzjonisti?

IdeAzzjonisti huwa programm għaż-żgħażagħ bejn 14 u 18-il sena li jixtiequ jipparteċipaw fil-komunitajiet tagħhom bħala ċittadini attivi. Tul dan il-programm huma jirċievu taħriġ, jagħmlu riċerka u bħala IdeAzzjonisti jippreżentaw l-ideat u x-xogħol tagħhom lill-komunita’ fuq it-tema magħżula.

Għal min jappella?

Żgħażagħ bejn 14 u 18-il sena li jkunu fi grupi ta’ 4-6.

X’INHUMA L-BENEFIĊĊJI?

Jekk tipparteċipa, inti se tkun tista’:

  • Tirċievi taħriġ relatat ma’ ħiliet ta’ edukazzjoni ċivika, għaldaqstant, tkun tista’ tipparteċipa bħala ċittadin attiv fil-komunita’ tiegħek
  • Titgħallem taħdem b’mod interġenerazzjonali
  • Tiżviluppa interess fil-ħajja tal-komunita’ tiegħek, titgħallem aktar dwar l-isfidi u l-opportunitajiet li toffri l-komunita’, u fl-istess ħin tkun kapaċi tipproponi modi ta’ konservazzjoni u titjib
  • Tirrifletti fuq l-komunita’ tiegħek, fl-elementi kollha fiżiċi, interġenerazzjonali, soċjali u kulturali li jsawwruha u fuq kif dawn jistgħu jħallu impatt fuqek bħala membru fil-komunita’
  • Tikseb ħiliet ta’ tmexxija filwaqt li jkollok l-opportunita’ li tqiegħed dawn l-kompetenzi għas-servizz tas-soċjeta’
KIF NISTA’ NKUN PARTI MINN DAN IL-PROGRAMM?

Irreġistra l-interess tiegħek biex tipparteċipa f’dan il-programm billi tibgħat imejl fuq agenzija.zghazagh@gov.mt

For further information please contact Aġenzija Żgħażagħ on 22586700
or email on agenzija.zghazagh@gov.mt
Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.