St. Joseph High Road St. Venera, SVR 1013, Malta

Is-Servizz ta’ Youth Work fin-Nofsinhar ta’ Malta

  • Il-Youth Hub fl-MCAST
  • Youth Cafés f’Raħal Ġdid, Qrendi u Kottonera
  • Detached Youth work
  • Programm ta’ Edukazzjoni Ċivika fl-iskejjel –  Engage Inform Empower
  • Il-ProgrammYoung Parliamentarians
  • L-iStudent Council Democracy Awards
  • Aktar xogħol maż-żgħażagħ fl-iskejjel bħal attivitajiet ta’ team building, seminars ta’ dibattiti, implimentazzjoni ta’ kampanji u t-tmexxija tal-Premju Duke of Edinburgh.
il-youth hubs u l-youth cafes tagħna

Il-Youth Hub huwa servizz ta’ edukazzjoni mhux formali f’ambjent ta’ edukazzjoni formali. Dan is-servizz joffri spazju biex il-Youth Worker jista’ jibni relazzjoni b’saħħitha maż-żgħażagħ kif ukoll jista’ jaħdem maż-żgħażagħ sabiex ikunu jistgħu joħorġu bi proposti ta’ proġetti u inizjattivi sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom. Il-Youth Worker huwa ingaġġat ukoll f’attivitajiet oħra fi ħdan l-iskola sabiex iżomm kuntatt maż-żgħażagħ.

Il-Youth Cafés joffru appoġġ u spazji alternattivi ta’ divertiment, fejn żgħażagħ ta’ bejn it-13 u l-25 sena jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom, jiltaqgħu ma’ sħabhom f’ambjent sigur, jesploraw it-talenti tagħhom u jiżviluppaw ħiliet personali u soċjali.

MCAST
YOUTH HUB

Triq Kordin,
Raħal Gdid

Kottonera
Youth Cafe

C/O Kulleġġ Santa Margarota
Triq San Edward Fortini Birgu

Ħinijiet tal-Ftuħ

JIBDA MAL-FTUĦ TAS-SENA AKKADEMIKA
(MINN OTTUBRU SA ġunju)
NHAR TA’ tlieta
17:30- 20:00pm
NHAR TA’ ĦAMIS
17:30- 20:00PM

Detached Youth Work

Fin-Nofsinhar ta’ Malta, d-detached youth work  jiġi mwettaq madwar iż-żoni tal-Kottonera u l-Kalkara, Żejtun u f’Birzebbugia. Fiż-żoni kollha jkun hemm tim ta’ ħaddiema għaż-żgħażagħ li jmorru madwar darbtejn fil-ġimgħa u jiltaqgħu maż-żgħażagħ fit-toroq. Iż-żgħażagħ jkollhom ċ-ċans li jiddiskutu magħhom u f’okkażjonijiet jiġu infurmati mill-ħaddiema għaż-żgħażagħ stess, dwar kwistjonijiet u opportunitajiet differenti li huma ta’ interess għalijom.  Barra minn hekk, f’okkażjonijiet differenti l-ħaddiema għaż-żgħażagħ jgħinu liż-żgħażagħ fuq bażi one-to-one  dwar kwistjonijiet relatati mal-impjieg, xogħol tal-iskola u riferiment għal servizzi oħra. Permezz ta’ detached youth work , l-Aġenzija Żgħażagħ tkun tista’ toħloq rabtiet mal-komunità u tidħol għall-proġetti differenti. Żewġ inizjattivi riċenti bl-għan li jpffru appoġġ liż-żgħażagħ kienu l-iSkate Park ta ’Birżebbuġa kif ukoll li nsegwu liż-żgħażagħ li ngħaqdu f’wieħed mill-klabbs tal-futbol lokali fiż-żona.

Il-Ġranet u l-Ħinjiet tad-Detached :
Kottonera u Żejtun

L-Erbgħa: 17:30 – 20:30pm

Birzebbugia
It-Tlieta u l-Ġimgħa: 17:30 – 20:30pm

Għal aktar informazzjoni int ġentilment mitlub iċċempel lil Aġenzija Żgħażagħ fuq 22586700 jew tibgħat email fuq agenzija.zghazagh@gov.mt

Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.