St. Joseph High Road St. Venera, SVR 1013, Malta

Is-Servizz ta’ Youth Work fit-Tramuntana

  • Il-Youth Hub fl-iSkola Post-Sekondarja Giovanni Curmi
  •  Programm akkreditat ta’ tmexxija taż-żgħażagħ fl-iSkola Post-Sekondarja Giovanni Curmi
  •  Programm darbtejn f’ġimgħa fiċ-Ċentru tas-Servizzi Restorattivi Residenzjali (CORRS) fl-Imtaħleb
  •  Programm ta’ Edukazzjoni Ċivika fl-iskejjel – Engage Inform Empower
  •  Il-Programm Young Parliamentarians
  •  L-iStudent Council Democracy Awards.
Il-Youth Hub tagħna

Il-Youth Hub huwa servizz ta’ edukazzjoni mhux formali f’ambjent ta’ edukazzjoni formali. Dan is-servizz joffri spazju biex il-Youth Worker jista jibni relazzjoni b’saħħitha maż-żgħażagħ kif ukoll jista’ jaħdem maż-żgħażagħ sabiex ikunu jistgħu joħorġu bi proposti ta’ proġetti u inizjattivi sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom. Il-Youth Worker huwa ingaġġat ukoll f’attivitajiet oħra fi ħdan l-iskola sabiex iżomm kuntatt maż-żgħażagħ.

Skola Post sekondarja
giovanni curmi 

H/S fi Triq Prinċipali
Triq il-Kbira
Iklin
NXR 1971

Ħinijiet tal-ftuħ
jibda mal-bidu tas-sena akkademika (minn ottubru sa ġunju)

Detached Youth Work

Fit-Tramuntana ta’ Malta, detached youth work jiġi mwettaq f’San Pawl il-Baħar. It-tim ta’ ħaddiema maż-żgħażagħ tagħna jiltaqgħu maż-żgħażagħ fit-toroq. Iż-żgħażagħ jkollhom ċ-ċans li jiddiskutu magħhom u f’okkażjonijiet jiġu infurmati mill-ħaddiema għaż-żgħażagħ stess, dwar kwistjonijiet u opportunitajiet differenti li huma ta’ interess għalijom. Barra minn hekk, f’okkażjonijiet differenti l-ħaddiema għaż-żgħażagħ jgħinu liż-żgħażagħ fuq bażi one-to-one dwar kwistjonijiet relatati mal-impjieg, xogħol tal-iskola u riferiment għal servizzi oħra. Permezz ta’ detached youth work , l-Aġenzija Żgħażagħ tkun tista’ toħloq rabtiet mal-komunità u tidħol għall-proġetti differenti.

Il-Ġranet u l-Ħinijiet tad-Detached
Mosta

Nhar ta’ Ġimgħa: 17:00 – 20:00pm

Għal aktar informazzjoni int ġentilment mitlub iċċempel lil Aġenzija Żgħażagħ fuq 22586700 jew tibgħat email fuq agenzija.zghazagh@gov.mt

Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.