Programmi ta’ Ħiliet għall-Ħajja

X’inhu In Tune with Myself?

In Tune huwa programm tal- Aġenzija Żgħażagħ li jwassal ħiliet għall- ħajja. Dan il- programm ser jgħin liż-żgħażagħ jidentifikaw emozzjonijiet differenti fihom infushom u f’ ħaddieħor biex b’ hekk ikunu kapaċi jaffaċċjaw sitważżjonijie ta’ stress. L- empatija hija ħila ewlenija li ser jiffoka fuqha dan il- programm għaliex toħloq atmosfera ta’ kooperazzjoni u tgħin liż-żgħażagħ jifhmu aħjar lil xulxin.

 

Għal min jappella?

Qegħdin jiġu offruti żewġ programmi differenti ta’ InTune:

  • L- ewwel programm huwa indirizzat għal dawk ta’ bejn il- 11 u t- 12-il sena
  • It-tieni programm huwa indirizzat għal dawk ta’ bejn it- 13 u l- 14 -il sena.
X’inhuma l-Benefiċċji?

Billi nipparteċipa se:

  • Nifhem aħjar emozzjonijiet differenti
  • Nifhem aħjar lili nnfisi billi niġi konxju ta’ emozzjonijiet differenti li qiegħed nħoss
  • Niddiskuti r-rabta bejn ir-relazzjonijiet u l- ħila li ngħarraf u nifhem emozzjonijiet differenti
  • Nifhem kif is-saħħa fiżika u mentali jorbtu mal- ħila li nifhmu lil xulxin
  • Nitgħallem modi differenti kif naffaċja u naħdem f’ sitwazzjonijiet ta’ stress
  • Nikseb ħiliet u għerf relatat ma’ kif wieħed jegħeleb sfidi differenti tal- ħajja
Kif nista’ nkun parti minn dan il-programm?

Għeluq tas-sottomissjoni: 5 ta’ Novembru 2021

X’inhu Award in Youth Leadership?

Aġenzija Żgħażagħ tipprovdi bosta opportunitajiet fejn żgħażagħ jistgħu jipparteċipaw fi programmi taʼ empowerment, volontarjat, organiżżazzjoni tʼavvenimenti, taħdit fil-pubbliku u fʼnetworking maʼ organiżżazzjonijiet taż-żgħażagħ. Bis-saħħa tal-parteċipazzjoni tagħhom fʼdawn il-programmi, iż-żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet tal-ħajja differenti fosthom il-ħila importanti tat-tmexxija. Huwa bżonnjuż li żgħażagħ li jokkupaw pożizzjonijiet taʼ tmexxija jirċievu taħriġ taʼ kwalità sabiex iżidu filkunfidenza u jkunu kapaċi jilqgħu sfidi differenti li jiltaqgħu magħhom. Permezz taʼ taħriġ siewi li jiżviluppalhom ħiliet ġodda, iż-żgħażagħ ikunu kapaċi jaħdmu fi rwoli taʼ tmexxija iżjed impenjattivi.

Għal min jappella?

Żgħażagħ li jħobbu l-fotografija u li għandhom bejn it-13 u t-18-il sena

X’inhuma l-Benefiċċji?

Permezz tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, l-Aġenzija Żgħażagħ għandha l-għan li tiżviluppa ħiliet taʼ tmexxija fiż-żgħażagħ. Dan il-kors jipprovdi liż-żgħażagħ bʼċertifikazzjoni taʼ Livell 3 u jinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

  • Introduzzjoni għat-tmexxija
  • Il-Komunikazzjoni effettiva
  • L-ippjanar strateġiku
  • Ir-responsabilitajiet ċiviċi taʼ ċittadini attivi
Kif nista’ nkun parti minn dan il-programm?

Applikazzjonijiet se jinfetħu matul ir-Rebbiegħa tal-2022.

X’inhu Take Action Through Photos? 

Ta’ kuljum jiġu ppublikati eluf taʼ ritratti fuq pjattaformi differenti tal-midja soċjali. Dawn ir-ritratti jaqbdu mumenti differenti tal-ħajja u jikkomunikaw sitwazzjoni jew azzjoni partikolari lil min jarahom. Take Action Through Photos, għandu l-għan li jintroduċi liż-żgħażagħ kif huma jistgħu jużaw il-midja viżiva sabiex jgħaddu messaġġi dwar temi differenti li jinteressawhom.

Għal min jappella?

Żgħażagħ li jħobbu l-fotografija u li għandhom bejn it-13 u t-18-il sena

X’inhuma l-Benefiċċji?

Billi nipparteċipa se:

  • Nesplora id-dinja tal-fotografija
  • Nitgħallem nuża l-fotografija bħala mezz sabiex nqajjem kuxjenza dwar temi differenti
  • Nitgħallem kif nuża, nidentifika u ninterpreta tekniki viżivi differenti bl-għan li tittieħed azzjoni fuq realtajiet
    differenti
  • Nitgħallem nesprimi lili nnifsi bʼmod kreattiv
  • Nifhem kif il-fotografija tistaʼ tqajjem kuxjenza dwar kawżi ġusti.
Kif nista’ nkun parti minn dan il-programm?

Applikazzjonijiet se jinfetħu matul ir-Rebbiegħa tal-2022.

X’inhu Sound On?

Sound On huwa programm immirat għal żgħażagħ li jixtiequ jesploraw id-dinja tax-xandir fuq ir-radju.

Għal min jappella?

Sound On huwa offrut lill-żgħażagħ bejn it-12 u s-16-il sena.

X’inhuma l-Benefiċċji?

Billi nipparteċipa se:

  • Ntejjeb il-ħiliet tiegħi taʼ kif nitkellem fil-pubbliku
  • Nitgħallem nagħmel riċerka dwar temi differenti
  • Nitgħallem nagħżel tipi taʼ mużika differenti
  • Nitgħallem nissettja tagħmir tekniku
  • Nitgħallem nirrekordja u neditja il-programmi tiegħi.
Kif nista’ nkun parti minn dan il-programm?

Applikazzjonijiet se jinfetħu matul ir-Rebbiegħa tal-2022.

X’inhu Stand Up Speak Out?

Stand Up Speak Out huwa programm ta’ ħiliet għall-ħajja onlajn iddisinjat biex jippermetti liż-żgħażagħ jittrattaw diskors ta’ mibegħda kif ukoll jipprovdihom bil-ħiliet neċessarji sabiex jiġġieldu l-imġieba intimidanti fl-iskejjel, barra mill-iskejjel, u onlajn. Permezz ta’ sessjonijiet interattivi, iż-żgħażagħ se jkollhom ċ-ċcans jiddiskutu u jesprimu lilhom infushom fuq xenarji differenti filwaqt li jkunu kapaċi jaħsbu f’soluzzjonijiet alternattivi biex jimminimizzaw u jwaqqfu d-diskors ta’ mibegħda.

 

Għal min jappella?

Hemm żewġ programmi ta’ Stand Up Speak Out:

Wieħed huwa mmirat għal żgħażagħ fis-Seba’ u Tmien sena
filwaqt li l-programm l-iehor huwa mmirat għal żgħażagħ fid-Disa u l-Għaxar sena. 

X’inhuma l-Benefiċċji?

Billi nipparteċipa se nitgħallem:

  • Nifhem xinhu diskors ta’ mibegħda u nkun kapaċi niddistingwi bejn tipi ta’ intimidazzjonijiet differenti
  • Niddentifika l-azzjonijiet u l-imġiba tal-awtur
  • Nkun kapaċi nagħraf ħiliet differenti, neċessarji sabiex jgħinnu lill-vittmi u jħeġġu lil dawk qrib tagħhom sabiex iqumu u jitkellmu
  • Nkun konxju ta’ dawk il-professjonisti differenti li jistgħu jgħinuni u jappoġġjawni.
Kif nista’ nkun parti minn dan il-programm?

Tista’ tistaqsi lit-tim tal-maniġment tal-iskola jekk tixtieq tieħu sehem fi programm bħal dan.

X’inhu Fine Online?

Il-Programm Fine Online huwa ddisinjat biex jippreżenta informazzjoni filwaqt li jiġġenera diskussjoni u riflessjoni bil-għan li jgħin liż-żgħażagħ jimmaniġġjaw is-saħħa diġitali u l-benesseri tagħhom bl-aktar mod effettiv – l-ewwel għajnuna għall-benesseri diġitali. F’dawn iż-żminijiet bla preċedent tal-pandemija Covid-19, kulħadd qed jistrieħ fuq l-użu t’apparat diġitali aktar minn qatt qabel sabiex nibqgħu f’komunikazzjoni virtwali ma’ kulħadd, filwaqt li nkunu fiżikament ‘l bogħod minn xulxin.

Għal min jappella?

Hemm żewġ programmi ta’ Fine Online:
deFINEonline – għal żgħażagħ fis-Seba’ u t-Tmien sena
reFINEonline – għal żgħażagħ fid-Disa’ u l-Għaxar sena

X’inhuma l-Benefiċċji?

Billi nipparteċipa se nitgħallem:

  • Nsir konxju tal-importanza u l-ambitu tal-benessri diġitali. 
  • Nakkwista strateġiji neċessarji li jippermettu benessri virtwali.
  • Nkun kapaċi noħloq u nsib bilanċ bejn id-dinja virtwali u dik non-virtwali. 
Kif nista nkun parti minn dan il-programm?

Tista’ tistaqsi lit-tim tal-maniġment tal-iskola jekk tixtieq tieħu sehem fi programm bħal dan.

X’inhu Youth Workout?

Youth Workout huwa programm għaż-żgħażagħ msieħba f’organizzazzjonijiet sportivi li huwa maħsub biex isaħħaħ u jikkumplimenta r-rutina ta’ taħriġ fiżiku tagħhom. Filwaqt li jiffoka fuq il-ħiliet tal-ħajja bażiċi, huwa mmirat biex ikompli iħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-isport u l-benesseri ġenerali tagħhom.

għal min jappella?

Żgħażagħ ta’ bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena msieħba f’organiżżazzjonijiet sportivi.

xinhuma l-benefiċċji?

Organiżżazzjonijiet Sportivi
Se jkun jista’ joffri liż-żgħażagħ programm addizzjonali li jiffoka speċifikament fuq il-benesseri soċjali u mentali taż-żgħażagħ, permezz ta’ parteċipazzjoni sostnuta fl-isport.

Żgħażagħ
Dan il-programm jiffoka fuq t-Twaqqif ta’ Miri, Immaniġjar tajjeb tal-ħin, u d-Dinamika tat-Tim. Permezz tat-Twaqqfi ta’ Miri, ż-żgħażagħ jistgħu jkejlu l-progress personali tagħhom billi jiddentifikaw, jippjanaw u jaħdmu fuq l-għanijiet tagħhom. L-Immaniġġjar tal-Ħin huwa essenzjali biex jinżamm bilanċ b’saħħtu bejn l-isports, l-edukazzjoni u / jew l-impjieg u r-relazzjonijiet personali. Id-dinamika tat-tim ittejjeb l-iżvilupp u s-suċċess tat-tim.

Kif nista nkun parti minn dan il-programm?

Irreġistra l-interess tiegħek biex tipparteċipa f’dan il-programm billi tibgħat imejl fuq agenzija.zghazagh@gov.mt

Għal aktar informazzjoni ikkuntattjana fuqv22586700
jew ibgħat e-mail fuq agenzija.zghazagh@gov.mt
Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.