Roots & Routes għandu l-għan li jistabbilixxi u jtejjeb l-konnessjonijiet ma’ żgħażagħ Maltin li jgħixu barra minn Malta filwaqt li jħeġġeġ liż-żgħażagħ li jgħixu f’Malta biex jirrelataw ma’ narrattivi ta’migranti żgħażagħ Maltin u għaldaqstant jinkoraġġixxu fehim wiesa’ ta ’identità, nazzjonalità, migrazzjoni u mobbiltà globali.