Programmi ta’ Edukazzjoni Ċivika fl-iskejjel

X’inhu It’s My Choice?

It’s My Choice huwa programm għaż-żgħażagħ fl-iskejjel sekondarji li jiffoka fuq ir-relazzjoni ta’ kif wieħed jasal biex jieħu deċiżjoni kif ukoll dwar dawk l-kwistjonijiet u materji li l-aktar jolqtu lill-ġenerazzjoni żagħżugħa bħal  sitwazzjonijiet stressanti, karrieri differenti u votazzjoni għall-ewwel darba.

għal min jappella?

Miftuħ għall-iskejjel sekondarji kollha.

It’s My Choice jikkonsisti fi tliet webinars:

  • Id-Disa’ Sena:  Kif nittrattaw l-istress 
  • L-Għaxar sena: Liema karriera ser nsegwi
  • Ħdax-il sena: L-opinjoni tiegħi, l-Vot tiegħi

 

x’inhuma l-benefiċċji?

Billi nipparteċipa:

  • Se nitgħallem kif se nevalwa l-għażliet
  • Se nitgħallem aktar dwar kif nagħmel deċiżjonijijet nfurmati
  • Se nitgħallem kif nibda nassumi r-responsabbiltà għall-għażliet tiegħi
kif nista nkun parti minn dan il-programm?

Għeluq tas-sottomissjoni: 28 ta’ Frar 2022

X’inhu Demokrazija I.S.S.A?

Demokrazija I.S.S.A. ‘Insaħħu l-iSkola bi Studenti Attivi’ hija sessjoni mill-Aġenzija Żgħażagħ li twassal lill-istudenti l-importanza tad-demokrazija bhala dritt, responsabbilità u impenn. Matul is-sessjoni ta’ madwar 35 minuta, l-istudenti se jesperjenzaw b’mod interattiv l-proċess ta’ dak li jiġri qabel u matul l-elezzjoni tal-kunsill tal-istudenti. L-istudenti tal-iskola kollha għandhom sehem importanti fil-ħidma tal-kunsill tal-istudenti għax flimkien mar-rappreżentanti tagħhom, huma jistgħu jgħinu biex l-iskola tkompli tkun post demokratiku, b’valuri ċiviċi u li jinkludu lil kulħadd.

għal min jappella?

Għall-iskejjel Sekondarji

  • It-Tmien Sena
  • Id-Disa’ Sena
  • L-Għaxar Sena
x’inhuma l-benefiċċji?

Billi nipparteċipa se nkun naf aktar dwar:

  • Kif jiġi elett il-kunsill tal-istudenti b’mod demokratiku
  • Kif permezz tal-kunsill tal-istudenti nista’ nkun ċittadini attivi fl-iskola
  • Kif f’demokrazija trid tinkudi lil kulħadd
kif nista nkun parti minn dan il-programm?

Tista’ tistaqsi lit-tim tal-maniġment tal-iskola jekk tixtieq tieħu sehem fi programm bħal dan. 

X’inhu Engage, Inform and Empower?

L-Aġenzija  Żgħażagħ tuża l-approċċ ta’ xogħol maż-żgħażagħ bil-għan li tinvolvi, tinforma u tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ stess. Dan il-programm jikkonsisti fi tliet sessjonijiet ta’ workshops differenti: Community Consensus, Democracy Dine u Time for an Adventure

għal min jappella?

Għal studenti tal-iskola medja li jattendu d-Disa’, l-Għaxar u l-Ħdax-il sena , rispettivament.

x’inhuma l-benefiċċji?

Jekk tipparteċipa fil-Community Consensus, wieħed se jkun jista’ jifhem u jesperjenza x’jinvolvi kunsensus bħala forma ta’ demokrazija, permezz ta’ simulazzjoni ta’ grupp konsultattiv għall-istudenti.

Jekk tipparteċipa fid-Democracy Dine, wieħed se jkun jista’ jifhem kif id-deliberazzjoni u n-negozjar jistgħu jaffettwaw deċiżjonijiet politiċi meta mqabbla ma’ proċess elettorali fejn id-deċiżjonijiet jintlaħqu wara votazzjoni.

Jekk tipparteċipa f’Time for Adventure, wieħed se jkollu aktar informazzjoni rigward il-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, l-informazzjoni dwar iż-żgħażagħ u l-benefiċċji taċ-ċittadinanza tal-UE, b’enfasi fuq l-opportunitajiet li toffri l-mobilità għaż-żgħażagħ

kif nista nkun parti min  dan il-programm?

Tista’ tistaqsi lit-tim tal-maniġment tal-iskola jekk tixtieq tieħu sehem fi programm bħal dan. 

għal aktar informazzjoni, ikkuntattjaNA FUQ 22586700 jew IBGĦAT E-MAIL FUQ  agenzija.zghazagh@gov.mt
Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.