St. Joseph High Road St. Venera, SVR 1013, Malta

Students Democracy Awards

X’inhu l- iStudents Council Democracy Awards?

L-Istudents Council Democracy Awards huwa programm miftuħ għall-iskejjel sekondarji  kollha u istituzzjonijiet post-sekondarji. Il-kunsilli tal-istudenti  parteċipi jridu jikkompetu għall-Premjijiet Deheb, Fidda u Bronż, billi jimplimentaw il-Pjanijiet ta’ Azzjoni tagħhom fuq perjodu ta’ sena skolastika waħda. Dan il-programm huwa msaħħaħ fuq il-valuri tad-demokrazija, iċ-ċittadinanza attiva, il-parteċipazzjoni, id-djalogu, it-tmexxija u l-ugwaljanza. EUR 150 u EUR 300 jingħataw lill-iskejjel sekondarji u post-sekondarji rispettivament bħala inċentiv biex jieħdu sehem f’dan il-programm. Tingħata wkoll gwida/sett ta’ għodda li fuqha jkun se jitmexxa l-proċess kif ukoll ħaddiema taż-żgħażagħ jkunu disponibbli biex jappoġġjaw lill-kunsilli tal-istudenti u l-koordinaturi tal-iskola. 

Għal min jappella?

L-iskejjel sekondarji kollha  li għandhom kunsill tal-istudenti u istituzzjonijiet post-sekondarji  huma eliġibbli biex jieħdu sehem f’dan il-programm.

X’inhuma l-Benefiċċji?

Wieħed jista’ jakkwista ħiliet personali u soċjali, li jwasslu għal tisħiħ u teħid ta’ deċiżjonijiet responsabbli.

Kif nista’ nkun parti minn dan il-programm? 

Tista’ tistaqsi lit-tim tal-maniġment tal-iskola jekk tixtieq tieħu sehem fi programm bħal dan. 

Għal aktar informazzjoni ikkuntattjana fuq 22586700 jew ibgħat email fuq agenzija.zghazagh@gov.mt
Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.