Programmi ta’ Tranżizzjoni

X’inhu  Make Head?

Il-programm Make Head jagħti ħiliet liż-żgħażagħ għal tranżizzjoni ta’ suċċess mill-iskola sekondarja għal dik post-sekondarja. Is-sessjonijiet se jittrattaw diversi temi u se jiffokaw fuq l-attiviżmu, il-ħajja tal-komunità u l-ħajja fil-kampus.

Għal min jappella?

Żgħażagħ li spiċċaw l-iskola sekondarja u se jibdew edukazzjoni post-sekondarja.

x’inhuma l-benefiċċji?

Ikolli l-ispazju u l-opportunià biex niddiskuti u nressaq kwistjonijiet li naħseb li għandi bżonn gwida fuqhom.

kif nista’ nkun parti minn dan il-programm?

X’inhu s-Secondary School Survival Kit?

Is-Secondary Schools Survival Kit huwa programm ta’ tranżizzjoni onlajn li għandu l-għan li jipprovdi lill-istudenti b’ħiliet essenzjali għal tranżizzjoni bla xkiel għall-aħħar tliet snin ta’ skola sekondarja tagħhom.

Għal min jappella?

Jappella għal studenti li għadhom kemm spiċċaw it-Tmien sena  u se jibdew id-Disa’ sena fil-Ħarifa li jmiss.

x’inhuma l-benefiċċji?

Studenti li jkunu mgħammra b’dan il-kit se jsibuha aktar faċli biex jagħmlu tranżizzjoni fl-aħħar tappa tagħhom tal-iskola sekondarja. Il-kit huwa ppreżentat fil-forma ta’ playlist. Kull diska fuq il-playlist tniedi tema li tqanqal diskussjoni dwar tranżizzjoni, bidla, ċelebrazzjoni kemm fuq bażi individwali kif ukoll f’grupp, u kif wieħed jista’ jnaqqas l-istress assoċjat ma’ dawn is-snin. Is-Secondary School Survival Kit jinkoraġġixxi lill-istudenti jħarsu’ l quddiem u jibdew jaħsbu dwar l-proġetti futuri tagħhom bħala individwi u bħala membri tal-komunitajiet rispettivi tagħhom. Mat-tlestija tas-sessjonijiet, l-istudenti jingħataw ċertifikat ta ’parteċipazzjoni u s-survival kit.

kif nista’ nkun parti minn dan il-programm?

My Next School Adventure huwa programm tas-sajf onlajn għal studenti li qed jispiċċaw is-Sitt Sena tagħhom u se jibdew l-avventura skolastika li jmiss tagħhom fl-iskola Sekondarja. Għall-istudenti, din hija bidla kbira u eċċitanti fejn fl-iskola l-ġdida tagħhom se jkollhom suġġetti ġodda, għalliema u skedi differenti, se jkunu qed jiltaqgħu ma’ studenti ġodda u ħafna iktar. Matul is-sessjonijiet onlajn, l-istudenti jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ żgħażagħ oħra li jkunu għaddejjin mill-istess tranżizzjoni skolastika. Il-programm ta’ tmien sessjonijiet għandu l-għan li jesplora  dawn l-aspetti kollha flimkien mal-istudenti. Dan se jsir onlajn permezz ta ‘logħob interattiv, snajja’, drama, serje ta’ kwizzes, xogħol fi gruppi u diskussjonijiet.

għal min jappella?

Il-programm huwa għal studenti li jinsabu fis- Sitt senau se jibdew is-Seba’ sena is-sena skolastika li jmiss.

X’inhuma l-benefiċċji?
  • Nesplora l-ħiliet personali tiegħi;
  • Nħares lejn modi effettivi biex nesprimi l-opinjonijiet tiegħi fil-klassi;
  • Niskopri stili ta’ tagħlim għalija;
  • Naħdem mal-oħrajn b’mod effettiv;
  • Nitgħallem kif nkun student attiv;
  • Nitgħallem kif niddilja ma’ kunflitt;
  • Jkolli appoġġ minn l-iskola;
  • Nitgħallem kif nqassam l-ħin kemm l-iskola kif ukoll d-dar.
Kif nista’ nkun parti minn dan il-programm?
għal aktar informazzjoni, ikkuntattjaNA FUQ 22586700 jew IBGĦAT E-MAIL FUQ  agenzija.zghazagh@gov.mt
Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.