St. Joseph High Road St. Venera, SVR 1013, Malta

Young Parliamentarians

X’inhu YOUNG PARLIAMENTARIANS?

Young Parliamentarians huwa programm li jagħti liż-żgħażagħ l-opportunità li jirrappreżentaw l-iskejjel rispettivi tagħhom f’kompetizzjoni ta’ dibattitu #ejjewniddibattu. Dan jitmexxa fi tliet fażijiet. L-ewwel żewġ fażijiet huma opportunitajiet ta’ taħriġ biex iħejju liż-żgħażagħ b’ħiliet, bil-għan li jippreżentaw l-ideat tagħhom u jiddibattuhom quddiem l-isfida finali #ejjewniddibattu. It-tielet u l-aħħar fażi tintemm f’kompetizzjoni ta’ dibattitu bejn l-iskejjel parteċipanti, bl-iskola rebbieħa tirċievi t-trofew tal-Youth Parliamentarians u premju ta’ Eur 750 filwaqt li r-runner up jirċievi is-somma ta’ €Eur 250.

Għal min jappella?

Studenti tal-iskola medja li jattendu s-snin 9, 10 u 11 rispettivament huma eliġibbli biex jipparteċipaw f’dan il-programm wara li jiffurmaw tim ta’ 4-6 studenti.

X’inhuma l-Benefiċċji?

Minbarra li wieħed jiggwadanja ħiliet fit-taħdit fil-pubbliku, qsim ta’ ideat, lobbying u dibattiti, wieħed ukoll iżid l-għarfien tiegħu dwar ċittadinanza responsabbli u wieħed ikun imħeġġeġ biex jieħu interess aktar attiv fil-proċess demokratiku.

Kif nista’ nkun parti minn dan il-programm? 

Tista’ tistaqsi lit-tim tal-maniġment tal-iskola jekk tixtieq tieħu sehem fi programm bħal dan. 

Għal aktar informazzjoni ikkuntattjana fuq 22586700 jew ibgħat email fuq agenzijazghazagh@gov.mt
Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.