Scroll Top

L-Aġenzija Żgħażagħ

L-Agenzija Żgħażagħ

L-Aġenzija Żgħażagħ tipprovdi liż-żgħażagħ il-ħin u l-ispazju biex jagħmlu ħbieb, jitgħallmu abilitajiet ġodda u jiżviluppaw it-talenti tagħhom permezz tas-servizzi reġjonali għaż-żgħażagħ u l-programmi estensivi.

Permezz tas-servizz interattiv tagħna ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ nipprovdu informazzjoni dwar is-servizzi u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ kif ukoll nisimgħu l-opinijonijiet u l-ideat tagħhom dwar kwistjonijiet li għandhom impatt fuq ħajjithom. Permezz tal-Eurodesk, il-Karta Żgħażagħ u l-parteċipazzjoni tagħna fi programmi tal-UE, iż-żgħażagħ jingħataw l-opportunità li jesploraw il-ħajja, it-tagħlim u x-xogħol fl-Ewropa kollha.

L-Għanjiet tal-Aġenzija

L-għan tal-aġenzija hu li timmaniġġja, timplimenta u tikkoordina l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ u tippromwovi u tassisti l-interessi taż-żgħażagħ.

Il-programm ta’ tisħiħ tagħna jipprovdi liż-żgħażagħ bi proġetti u attivitajiet fl-arti viżwali, mużika, teatru, film, kitba, u impenn ċiviku u politiku fil-livelli lokali u Ewropew; kif ukoll appoġġ għall-organizzazzjonijiet volontarji taż-żgħażagħ. L-aġenzija tipprovdi programm, Youth.inc, li hu ddedikat għaż-żgħażagħ li jesperjenzaw diffikultajiet fl-edukazzjoni u t-tranżizzjoni għall-ħajja tax-xogħol.

Is-servizzi reġjonali tagħna għaż-żgħażagħ jipprovdu attivitajiet fil-Youth Cafés, fil-Youth Hubs, skejjel u ċentri ta’ attività għaż-żgħażagħ f’Ħad-Dingli, St Venera u M’Xlokk.

Iż-żgħażagħ għandhom jiġu rispettati, stmati u mismugħa kif ukoll għandhom isibu kull għajnuna neċessarja,  kemm fil-bini ta’ relazzjonijiet personali u soċjali  tagħhom kif ukoll fl-iżvilupp tal-abbiltajiet u t-talenti tagħhom, għall-benefiċċju tagħhom infushom, tal-komunita’ u tas-soċjetà in ġenerali.

Il-Funzjonijiet tal-Agenzija

L-Ewwel Funzjoni

Jikkoordina ma’ u jiżgura l-koordinazzjoni meħtieġa bejn dipartimenti tal-Gvern u aġenziji oħra fl-implimentazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ u miżuri jew inizjattivi proposti mill-Gvern jew l-Aġenzija minn żmien għal żmien.

It-Tieni Funzjoni

Tipprovdi spazji u faċilitajiet ġodda kemm fil-livell tal-komunità reġjonali kif ukoll lokali għaż-żgħażagħ.

It-Tielet Funzjoni

Tiżviluppa u timplimenta servizzi, programmi, proġetti u inizjattivi għall-involviment attiv, l-emanċipazzjoni u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ.

Ir-Raba’ Funzjoni

Tiżviluppa u timplimenta appoġġi transsettorjali għaż-żgħażagħ li jtejbu l-parteċipazzjoni soċjali tagħhom u l-prospetti ta’ tagħlim u impjieg tagħhom.

Il-Ħames Funzjoni

Tqajjem kuxjenza fost iż-żgħażagħ; tisma’ u tappoġġja l-vuċi taż-żgħażagħ, u tinvolvihom b’mod attiv fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet li jkollhom impatt fuq ħajjithom.

Is-Sitt Funzjoni

Tinkoraġġixxi u tiffaċilita b’mod attiv l-involviment ta’ organizzazzjonijiet volontarji taż-żgħażagħ/NGOs, fil-forniment ta’ programmi, proġetti u inizjattivi għaż-żgħażagħ.

Is-Seba’ Funzjoni

Twettaq u tippubblika riċerka kontinwa u ġbir ta’ data dwar il-ħajja taż-żgħażagħ.

It-Tmien Funzjoni

Trawwem u tappoġġja l-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ fil-livell Ewropew u internazzjonali u tikkoordina mal-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea biex timmassimizza l-opportunitajiet provduti taħt il-programm Erasmus + Żgħażagħ fl-Azzjoni.

Id-disa’ Funzjoni

Tissorvelja u tevalwa regolarment is-servizzi, il-programmi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-aġenzija għaż-żgħażagħ.

L-Għaxar Funzjoni

Twettaq dik il-funzjoni oħra li tista’ tiġi assenjata lill-aġenzija mill-Ministru.

Spazji għaż-żgħażagħ
Servizzi Reġjonali għaż-żgħażagħ
Skemi ta’ Fondi
Ftehim ta’ Kooperazzjoni

Objettivi Strateġiċi

L-Ewwel Objettiv Strateġiku

Tisma’ u tappoġġja l-vuċijiet taż-żgħażagħ u tqajjem kuxjenza fost iż-żgħażagħ dwar kwistjonijiet li jkollhom impatt fuq il-ħajja tagħhom ta’ kuljum u jipprovdu informazzjoni liż-żgħażagħ.

It-Tieni Objettiv Strateġiku

Twettaq riċerka dwar il-ħajja taż-żgħażagħ biex tiżgura approċċ ta’ politika bbażat fuq l-għarfien.

It-Tielet Objettiv Strateġiku

Tiffaċilita aktar it-tranżizzjoni miż-żgħożija lejn l-ħajja ta’ adult.

Ir-Raba’ Objettiv Strateġiku

Tipprovdu appoġġ u servizzi reġjonali, lokali u bbażati fl-iskejjel proattivi u risponsivi li jippermettu liż-żgħażagħ jitgħallmu, jaħdmu u jikkontribwixxu għall-komunitajiet tagħhom u s-soċjetà usa’ u joħolqu ambjent li jrawwem l-ugwaljanza, l-inklużjoni, l-opportunità edukattiva u ekonomika, u l-parteċipazzjoni demokratika u r-responsabbiltà..

Il-Ħames Objettiv Strateġiku

Tappoġġa firxa wiesgħa ta’ programmi nazzjonali, proġetti u inizjattivi transsettorjali għaż-żgħażagħ li jippromwovu u jrawmu l-benessri, il-kreattività, l-espressjoni kulturali u artistika tagħhom u l-innovazzjoni u l-impenn fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet globali għall-iżvilupp sostenibbli.

Is-Sitt Objettiv Strateġiku

Tippromwovi u tiffaċilita inizjattivi transsettorjali mas-setturi volontarji, statali u privati li jadottaw approċċ integrat u koeżiv biex jilħqu l-bżonnijiet taż-żgħażagħ u jissodisfaw l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Is-Seba’ Objettiv Strateġiku

Ittejjeb aktar u tiżviluppa prattiċi effettivi tax-xogħol taż-żgħażagħ.

It-Tmien Objettiv Strateġiku

Tassigura koordinazzjoni u koeżjoni effettiva fl-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali taż-żgħażagħ u timmassimizza l-potenzjal tagħha għall-appoġġ taż-żgħażagħ.

L-Istorja tal-Aġenzija Żgħażagħ

 

  • Is-26 ta’ Frar 2011 – It-tnedija tal-portal ta’ informazzjoni dwar iż-żgħażagħ.
  • L-Aġenzija Żgħażagħ saret membru tal-European Youth Information and Counselling Agency (ERYICA)

 

  • Is-26 ta’ Jannar 2012 – It-tnedija ta’ programm ta’ tisħiħ taż-żgħażagħ
  • It-28 ta’ Mejju 2012 – Iċ-ċentru tal-attivitajiet taż-żgħażagħ f’Villa Psaigon f’Ħad-Dingli fetaħ il-bibien tiegħu
  • Id-19 ta’ Lulju 2012 – Infetaħ l-ewwel Youth Café fil-Qawra
  • It-18 ta’ Ottubru 2012 – Iż-żgħażagħ bdew jibbenefikaw mill-iskema – It-Tagħlim Mużikali għaż-żgħażagħ fil-Każini tal-Banda

 

  • L-1 ta’ Marzu 2013 – Infetaħ l-Ewwel Youth Hub fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi
  • It-23 ta’ Lulju 2013 – Il-Youth Information one stop shop beda jopera.
  • Ġiet iffirmata l-Karta Ewropea tal-Informazzjoni dwar iż-Żgħażagħ
  • It-8 ta’ Frar 2014 – L-Iskemi A4U u Be Active ġew imnedija biex jappoġġjaw organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ
  • Il-11 ta’ Awwissu 2015 – It-tnedija tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ 2015-2020
  • L-1 ta’ Diċembru 2015 – Il-Villaġġ taż-Żgħażagħ f’St Venera beda jopera
  • It-28 ta’ Ġunju 2016 – L-Aġenzija Żgħażagħ stabbiliet is-servizz detached Youth Work.
  • L-1 ta’ Jannar 2017 – Eurodesk beda jopera permezz tal-Aġenzija Żgħażagħ
  • L-20 – 23 ta’ Marzu – Malta ospitat l-ewwel Konferenza taż-Żgħażagħ tal-UE u l-Laqgħa Ġenerali tad-Direttur Ewropew matul il-Presidenza tal-UE
  • L-1 ta’ Ottubru 2018 – L-Aġenzija Żgħażagħ bdiet il-ħidma tagħha għaż-żgħażagħ fil-programmi ta’ Edukazzjoni Ċivika fl-iskejjel
  • Mis-6 sat-8 ta’ Novembru 2018 – L-Aġenzija Żgħażagħ ospitat it-tielet konferenza dwar ix-xogħol taż-żgħażagħ tal-Commonwealth
  • Mill-4 sas-6 ta’ Lulju – Forum ta’ Dibattitu ‘Young Med Voices’
  •  10 t’ Awwissu – Mirrors & Windows 2: Maltese Young People’s Perspectives, Experiences and Expectations of Education, Employment and Lifestyles ġie ppublikat.
  • 20 ta’ Ottubru – L-Aġenzija Żgħazagħ nediet ‘The Student Councils Democracy Award’ u ‘The Young Parliamentarians’.
  • Mid-9 sal-15 ta’ Novembru l-Aġenzija Żgħażagħ ospitat il-51st International Model European Parliament.
  • 2 ta’ Diċembru – Tnedija tas-Servizzi Reġjonali għaż-żgħażagħ
  • 29 t’April –  Tnedija tal-ewwel servizzi onlajn ta’ xogħol maż-żgħażagħ
  • 13 ta’ Lulju – Tnedija ta’ Programmi ta’ Tranżizzjoni għal studenti li se jgħaddu minn skejjel primarji għal dawk medji  u minn skejjel medji għal dawk  sekondarji
  • 15 t’ Ottubru – L-Aġenzija Żgħażagħ ġiet mogħtija iċ-Ċarter tas-Sevizz ta’ kwalita’.
Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.