Is-Segretarju Parlamentari Ewlieni s-Sur Mario Cutajar illum żar żewġ entitajiet li ġew mogħtija l-Quality Award li jassigura l-ogħla kwalita ta’ servizz.
L-entitajiet huma:ċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm u Aġenzija Żgħażagħ. Iż-żjarat saru bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2021.
“Il-Quality Award tas-Servizz Pubbliku jingħata lil dipartimenti u entitajiet li jagħtu servizz eċċeLlenti lill-klijenti tagħhom. Dan irid jiġi sostnut u mkejjel permezz ta’ Quality Service Charters biex b’hekk niżguraw l-aqwa servizz u l-oħla standards”, qal is-Segretarju Permanenti Ewlieni, li enfasizza kif din hi għodda oħra biex is-Servizz Pubbliku jixpruna dejjem aktar ħidma u servizzi ta’ kwalita’.
Fiż-żewġ postijiet is-Sur Cutajar iffirma l-Quality Service Charter rispettiv.
Fl-ewwel żjara tiegħu huwa ntlaqa’ u ddawwar mal-post minn Dr Alex Aquilina, Direttur tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. Is-Sur Cutajar ġie infurmat li l-kwalita’ tas-servizz tant hi eċċellenti li jirrikorri għalih anke s-settur privat. Is-Sur Cutajar ingħata tagħrif dwar il-proċess kollu minn meta jittieħed d-demm sakemm dan jiġi sseparat f’komponenti differenti permezz ta’ forzi ta’ ċentrifugi. Ra ukoll it-tissue banks tal-corneas, fejn d-demm jiġi infiltarat skont standards internazzjonali. Barra minn hekk, ddawwar mat-taqsima li bħalissa qed tintuża biex fiha jingħata t-tilqim kontra l-Covid-19.
Fl- Aġenzija Żgħażagħ, is-Sur Cutajar ntlaqa’ mill- Kap Eżekuttiv Miriam Teuma. Huwa ddawwar mal-post filwaqt li ngħata tagħrif dwar il-bosta attivitajiet li jiġu organizzati għaż-żgħażagħ u li huma edukattivi u divertenti fl-istess ħin.