Scroll Top

Programmi ta’ Edukazzjoni Ċivika fl-iskejjel

X’inhu Demokrazija I.S.S.A?

Iċ-ċittadinanza attiva spiss tinftiehem f’termini ta’ votazzjoni f’elezzjonijiet lokali, ġenerali jew Ewropej. Għal xi studenti żgħażagħ dawn l-elementi jidhru xi ftit imbiegħda u ta’ inqas importanza peress li ma jistgħux jipparteċipaw direttament. Għaldaqstant is-sessjonijiet I.S.S.A. – Insahhu l-iSkola bi Studenti Attivi – għandhom l-għan li jesploraw kif dawn l-istudenti jistgħu jesperjenzaw ċittadinanza attiva fl-imedjat. Dawn is-sessjonijiet jippreżentawlhom modi li permezz tagħhom jistgħu fil-fatt jikkontribwixxu matul ir-rutini tagħhom ta’ kuljum, kemm id-dar, l-iskola, fil-ħin liberu tagħhom u fil-komunitajiet tagħhom.

għal min jappella?

Għall-iskejjel Sekondarji

  • It-Tmien Sena – Demokrazzija I.S.S.A.
  • Id-Disa’ Sena – Nikkontribwixxi I.S.S.A
  • L-Għaxar Sena – Kif Naħsiba I.S.S.A.
  • Il-Hdax Sena – Nivvotta I.S.S.A.
x’inhuma l-benefiċċji?

Billi nipparteċipa se nkun naf aktar dwar:

  • Kif jiġi elett il-kunsill tal-istudenti b’mod demokratiku
  • Kif permezz tal-kunsill tal-istudenti nista’ nkun ċittadini attivi fl-iskola
  • Kif f’demokrazija trid tinkudi lil kulħadd
kif nista nkun parti minn dan il-programm?
L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-erbgħa 31 ta’ jannar 2024

X’inhu TeamWorth?

TemaWorth hija sessjoni ta’ team building indirizzata għall-istudenti tas-seba’ u t-tmien sena (Form 1 u Form 2) fl-iskola medja. Din is-sessjoni, mmexxija minn youth workers tal-Aġenzija Żgħażagħ, għandha l-għan li ssaħħah l-istima personali kif ukoll il-valur li wieħed jagħmel parti minn tim. Matul din is-sessjoni, l-istudenti ser jiffukaw fuq in-numru ta’ ħiliet li wieħed jikseb meta jaħdem fi grupp. Barra minn hekk, l-istudenti ser jesploraw kif dawn il-ħiliet jistgħu japplikawhom f’kuntesti bħall-iskola, fil-familja, mal-ħbieb jew waqt xi attivitatjiet oħra. 

għal min jappella?

Miftuħ għall-iskejjel medji kollha:

  • Is-Seba’ Sena (Form 1)
  • It-Tmien sena (Form 2) 
x’inhuma l-benefiċċji?

Billi nipparteċipa:

  • Se nsaħħah l-istima personali 
  • Se nitgħallem dwar il-ħiliet fundamentali li nista’ nikseb meta naħdem f’tim
  • Se nitgħallem dwar il-komunikazzjoni interpersonali
kif nista nkun parti minn dan il-programm?
L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru 2023

X’inhu It’s My Choice?

It’s My Choice huwa programm għaż-żgħażagħ fl-iskejjel sekondarji li jiffoka fuq ir-relazzjoni ta’ kif wieħed jasal biex jieħu deċiżjoni kif ukoll dwar dawk l-kwistjonijiet u materji li l-aktar jolqtu lill-ġenerazzjoni żagħżugħa bħal  sitwazzjonijiet stressanti, karrieri differenti u votazzjoni għall-ewwel darba.

għal min jappella?

Miftuħ għall-iskejjel sekondarji kollha.

It’s My Choice jikkonsisti fi tliet sessjonijiet

  • Id-Disa’ Sena: Opportunitajiet għaż-żgħażagħ
  • L-Għaxar sena: L-interessi u l-passatempi tiegħi
  • Ħdax-il sena: L-opinjoni tiegħi, l-Vot tiegħi
x’inhuma l-benefiċċji?

Billi nipparteċipa:

  • Se nitgħallem kif se nevalwa l-għażliet
  • Se nitgħallem aktar dwar kif nagħmel deċiżjonijijet nfurmati
  • Se nitgħallem kif nibda nassumi r-responsabbiltà għall-għażliet tiegħi
kif nista nkun parti minn dan il-programm?
L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-erbgħa 31 ta’ jannar 2024
Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.