X’inhu l- iStudents Council Democracy Awards?
L-Istudents Council Democracy Awards huwa programm miftuħ għall-iskejjel sekondarji kollha u istituzzjonijiet post-sekondarji. Il-kunsilli tal-istudenti parteċipi jridu jikkompetu għall-Premjijiet Deheb, Fidda u Bronż, billi jimplimentaw il-Pjanijiet ta’ Azzjoni tagħhom fuq perjodu ta’ sena skolastika waħda. Dan il-programm huwa msaħħaħ fuq il-valuri tad-demokrazija, iċ-ċittadinanza attiva, il-parteċipazzjoni, id-djalogu, it-tmexxija u l-ugwaljanza. EUR 150 u EUR 300 jingħataw lill-iskejjel sekondarji u post-sekondarji rispettivament bħala inċentiv biex jieħdu sehem f’dan il-programm. Tingħata wkoll gwida/sett ta’ għodda li fuqha jkun se jitmexxa l-proċess kif ukoll ħaddiema taż-żgħażagħ jkunu disponibbli biex jappoġġjaw lill-kunsilli tal-istudenti u l-koordinaturi tal-iskola.
L-iskejjel sekondarji kollha li għandhom kunsill tal-istudenti u istituzzjonijiet post-sekondarji huma eliġibbli biex jieħdu sehem f’dan il-programm.
Wieħed jista’ jakkwista ħiliet personali u soċjali, li jwasslu għal tisħiħ u teħid ta’ deċiżjonijiet responsabbli.