X’inhu Swish?
Swish iħaddan dan l-ideal ta’ inklużjoni permezz tal-isport u jippromwovi l-valuri tal-aċċettazzjoni, in-nondiskriminazzjoni u d-drittijiet tal-bniedem billi jisfida sterjotipi ta’ kapaċitajiet differenti. Il-programm jipprovdi spazju fejn l-istudenti jistgħu jesploraw, u jesperjenzaw kif realtajiet differenti jiġu mgħixha minn persuni b’kapaċitajiet differenti permezz ta’ sessjonijiet ta’ esperjenza u riflessjoni.
Għal min jappella?
Għall-iskejjel Sekondarji:
Id-Disa’ Sena
L-Għaxar Sena
Il-Hdax Sena
X’inhuma l-Benefiċċji?
- l-opportunità li tesperjenza l-inklużjoni permezz ta’ divertiment prattiku u attività sportiva.
- u wkoll l-opportunità li tiġi pproċessata l-attività sportiva permezz ta’ sessjoni ta’ lifeskills li tiffoka fuq l-inklużjoni
Kif nista’ nkun parti minn dan il-programm?