Scroll Top

Young Parliamentarians

X’inhu YOUNG PARLIAMENTARIANS?

Young Parliamentarians #ejjewniddibattu huwa programm edukattiv non-formali għall-studenti tad-9, l-10 u 11-il sena li jwassal għall-tournament ta’ dibattiti bejn skejjel differenti. Il-programm, maqsum f’ żewġ fażijiet u huwa mmexxi minn youth workers tal-Aġenzija Żgħażagħ. Matul l-ewwel fażi, permez ta’ numru ta’ sessjonijiet, il-parteċipanti jitgħallmu ħiliet ta’ kif jippreżentaw l-ideat tagħhom b’mod perswassiv, kif jirribattu argument u kif jiktbu rakkomandazzjonijiet fuq temi kurrenti. Uħud minn dawn it-temi se jintużaw fit-tieni fażi. L-isfida finali l-iskejjel differenti jiffurmaw timijiet u jipparteċipaw f’tournament magħmula minn numru ta’ dibattiti. It-tim rebbieħ jirċievi t-trofew ta’ Young Parliamentarians u s-somma sabiħa ta’ €750 filwaqt li r-runner up jirċievi is-somma ta’ €250. Se jingħata wkoll trofew lill-aqwa dibatttur

Għal min jappella?

Studenti tal-iskola medja li jattendu s-snin 9, 10 u 11 rispettivament huma eliġibbli biex jipparteċipaw f’dan il-programm wara li jiffurmaw tim ta’ 4-6 studenti.

X’inhuma l-Benefiċċji?

Minbarra li wieħed jiggwadanja ħiliet fit-taħdit fil-pubbliku, qsim ta’ ideat, lobbying u dibattiti, wieħed ukoll iżid l-għarfien tiegħu dwar ċittadinanza responsabbli u wieħed ikun imħeġġeġ biex jieħu interess aktar attiv fil-proċess demokratiku.

Kif nista’ nkun parti minn dan il-programm? 

L-applikazzjonijiet bħalissa huma magħluqa

Għal aktar informazzjoni ikkuntattjana fuq 22586700 jew ibgħat email fuq agenzijazghazagh@gov.mt
Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.