Scroll Top

Youth.inc

X’inhu Youth.Inc? 

Youth.inc huwa programm ta’ ħidma għaż-żgħażagħ bil-għan li jiggwida liż-żgħażagħ biex jiżviluppaw b’mod ħolistiku. Il-programm huwa żviluppat madwar approċċ iċċentrat fuq iż-żgħażagħ bil-għan li jinvolvi liż-żgħażagħ fil-proċess ta’ żvilupp tagħhom stess u jippermettilhom jgħixu b’mod aktar indipendenti u jkollhom aċċess għal aktar studju jew impjieg.

Għal min jappella?

Għal żgħażagħ ta’ l-età bejn 16 u 21.

Rekwiżiti ta’ Dħul
Sabiex wieħed jidħol f’dan il-programm jeħtieġ li jkun temm l-edukazzjoni obbligatorja full-time. Iż-żagħżugħ li japplika għandu jkollu wkoll il-litteriżmu, il-ħiliet numeriċi u l-ħiliet personali tiegħu.

X’inhuma l-Benefiċċji?
  • Kwalifikazzjoni fit- 3 livell: fil-Ħiliet u Kompetenzi għall-Post tax-Xogħol (Fit-3 snin).

Permezz tal-programm inkun nista’ niżviluppa ħiliet ta’ komunikazzjoni, ħiliet ta’ ġudizzju u ħiliet ta’ tagħlim. Jiena se nkun aktar awtonomu u responsabbli. Se nkun kapaċi nikseb għarfien, ħiliet u kompetenzi biex insir iktar indipendenti u nidħol fis-suq tax-xogħol jew nikseb kwalifiki biex inkompli f’iżjed edukazzjoni u / jew taħriġ.

Kif nista’ nkun parti minn dan il-programm? 
Għal aktar informazzjoni ikkuntattjana fuq 22586700 jew ibgħat email fuq agenzija.zghazagh@gov.mt
Privacy Preferences
When you visit our website, it may store information through your browser from specific services, usually in form of cookies. Here you can change your privacy preferences. Please note that blocking some types of cookies may impact your experience on our website and the services we offer.