X’inhu Catching Fire?
Catching Fire huwa programm ta’ ħiliet tul il-ħajja li juża d-drama bħala għodda biex jgħin liż-żgħażagħ jiżvillupaw firxa wiesgħa ta’ ħiliet kemm personali u anki soċjali. Jinkludu fost dawn hemm li jgħollu l-istima tagħhom u l-kunfidenza fihom infushom, taħdid u smigħ, li jaħdmu b’mod effettiv mal-oħrajn, kreativita u l-ħsieb krittiku.
Żgħażagħ bejn l-eta’ it–13 u s-16-il sena.
Billi nipparteċipa se:
- Jtejbu l-kunfidenza u li jemmnu fihom infushom
- Jsiru aktar kapaċi fejn jidħol it-taħdid fil-pubbliku
- Jaħdmu flimkien bħala tim b’mod kollaborativ u kooperattiv
- Jitgħallmu kif jikkomunikaw l-idejat, u kif jirrispondu b’mod effettiv għall-idejat ta’ ħaddieħor
- Jitgħallmu jużaw oġġetti komuni b’mod kreattiv
- Jużaw l-immaġinazzjoni tagħhom biex oħolqu prestazzjoni teattrika li jkunu kburin biha
X’inhu Democracy Camp?
Il-programm ta’ edukazzjoni non-formali Democracy Camp huwa programm edukattiv ta’ jumejn biex permezz tiegħu ż-żgħażagħ ta’ bejn it-13 u l-16-il sena jiżviluppaw l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex isiru ċittadini attivi f’soċjetà demokratika. Is-sessjonijiet għandhom l-għan li jippromwovu l-inklużjoni, l-ekwità, d-diversità, u d-drittijiet tal-bniedem permezz tal-ideal demokratiku. Dan il-programm se jħeġġeġ lill-parteċipanti biex jiddjalogaw, jaqsmu ideat u jitgħallmu jkunu assertivi fuq aspetti għal qalbhom.
Żgħażagħ bejn l-eta’ it–13 u s-16-il sena.
Billi nipparteċipa se:
Iż-żgħażagħ f’dan il programm se:
- Jiżvilupp għarfien relatat mad-demokrazija u l-impenn ċiviku.
- Itejbu l-komunikazzjoni, l-ħsieb kritiku, l-kreattività, u l-ħiliet għas-soluzzjoni tal-problemi.
- Jitgħallmu juru apprezzament għad-diversità u l-benefiċċji li ġġib magħha lis-soċjetà.
- Jippromwovu it-twemmin tal-individwi u l-azzjonijiet meħtieġa li hemm bżonn jittieħdu.
- Jagħrfu L-importanza tal-vot u l-irwol tiegħu fid-demokrazija.
- Jgħaddu mil-proċess ta’ kif iż-żgħażagħ isiru ċittadini attivi u responsabbli li japprezzaw id-demokrazija filħajja ta’ kuljum.
Act On huwa offrut lill-żgħażagħ interessati fid-drama u li għandhom bejn it-12 u s-15-il sena.
Billi nipparteċipa se:
- Nagħti spinta lill-istima personali tiegħi;
- Insir aktar kunfidenti;
- Naħdem ġo tim;
- Insir konxju tal-ġesti mhux verbali tiegħi u l-lingwaġġ tal-ġisem;
- Nipprattika tonalitajiet differenti.
X’inhu Find the Superhero in You?
Il-programm Find the Superhero in You huwa programm eċċitanti ta’ edukazzjoni mhux formali għaż-żgħażagħ ta’ bejn it-12 u l-15-il sena. Jgħinhom jiskopru l-valuri u t-twemmin tagħhom stess permezz ta’ tema ta’ supereroj cool, fejn jaslu biex iwettqu diversi kompiti.
Żgħażagħ bejn l-eta’ it–12 u l-15-il sena.
Billi nipparteċipa se:
Iż-żgħażagħ f’dan il programm se:
- Jiżviluppaw sens ta’ inizjattiva
- Jsaħħu l-ħiliet ta’ tmexxija
- Jibnu r-reżiljenza
- Jaħdmu fi ħdan team
- Jibnu l-kunfidenza
- Jifhmu l-importanza tal-identità
L-APPLIKAZZJONIJIET BĦALISSA HUMA MAGĦLUQA
Plan it huwa offrut lill-żgħażagħ li għandhom bejn it-13 u s-16-il sena.
Billi nipparteċipa se:
- Jkunu aktar konxji dwar prattiċi t’għajxien sostennibbli u kwistjonijiet ambjentali.
- Japprezzaw aktar ir-riżorsi naturali tal-pjaneta u l-ħtieġa li jiġu protetti.
- Jagħrfu aħjar kif in-natura tista’ tħalli impatt fuq l-individwi.
- Jiżviluppaw ħiliet prattiċi li jikkontribwixxu għal għajxien sostennibbli.
- Jirrikonoxxu l-importanza tal-involviment u l-attiviżmu fil- komunità.ternet
L-APPLIKAZZJONIJIET BĦALISSA HUMA MAGĦLUQA
X’inhu Hashtags and Headlines?
Dan il-programm huwa ddisinjat speċifikament għaż-żgħażagħ ta’ bejn it-13 u l-16-il sena biex jiżviluppaw diversi ħiliet u tekniċi biex joħolqu kontenut interattiv u ta’ impatt. Il-parteċipanti se jitgħallmu kif jużaw għodod u karatteristiċi speċifiċi biex jgħinuhom joħolqu t-tip ta’ kontenut li jolqot l-udjenza maħsuba tagħhom. Il-programm huwa interattiv ħafna u prattiku. Il-parteċipanti se jingħataw pariri dwar l-użu xieraq tal-midja soċjali, inkluż kif jidentifikaw u jevitaw kontenut mhux xieraq, kif jimmaniġġjaw is-settings tal-privatezza, u kif jidħlu f’interazzjonijiet rispettużi ma ‘oħrajn.
Hashtags and Headlines huwa offrut lill-żgħażagħ li għandhom bejn it-13 u s-16-il sena.
Billi nipparteċipa se:
Iż-żgħażagħ f’dan il programm se:
- Jtejbu l-espressjoni personali u l-ħiliet tal-komunikazzjoni.
- Jżiedu l-kreattività u l-ħsieb kritiku.
- Jiżviluppaw ħiliet fejn jidħol tqassim ta’ ħin u kif wieħed ikun organizzat.
- Jziedu l-kunfidenza biex juru t-talenti u l-kapaċitajiet tagħhom.
- Jikollaboraw u jaħdmu fi grupp.
- Jtejbu l-ħila biex jaċċessaw informazzjoni li tkun relevanti u affidabbli.
- Iżidu l-għarfien dwar litteriżmu fil-midja soċjali. Jikrejaw kontenut li jista’ jinvolvi lil kulħadd.
X’inhu Stage On?
Stage On huwa programm għal żgħażagħ ta’ bejn it-12 u 15-il sena li għandu l-għan li jippermetti liż-żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet ta’ espressjoni u kunfidenza fihom infushom permezz tad-drama. Iż-żgħażagħ se jkunu qed jiffamiljarizzaw ruħhom mal-komunikazzjoni mhux verbali, l-body language, kif tipproġetta l-vuċi, l-bini ta’ karattri u l-kitba ta’ skript. Sa tmiem il-programm, iż-żgħażagħ se jippreżentaw sketch.
Stage On huwa offrut lill-żgħażagħ li għandhom bejn it-12 u l-15-il sena.
Billi nipparteċipa se:
Iż-żgħażagħ f’dan il programm se:
- Jtejbu il-ħiliet ta’ komunikazzjoni tagħhom.
- Jżidu l-kunfidenza tagħhom.
- Jtejbu l-abbiltajiet tal-ħsieb kritiku.
- Jifhmu l-komunikazzjoni mhux verbali.
- Jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom biex jaħdmu f’tim.
- Jsaħħu l-perseveranza u d-determinazzjoni tagħhom.
X’inhu Moneywise?
Iż-żgħożija hi perjodu tranżitorju li permezz tiegħu ż-żgħażagħ jinnegozjaw l-indipendenza tagħhom. Bħala parti minn dan in-negozjar iż-żgħażagħ jibdew jistinkaw għal-libertà finanzjarja. Huwa żmien meta l-flus tal-but u l-impjiegi tas-sajf jibdew jiksbu popolarita’.
Moneywise joffri l-għarfien bażiku, il-ħiliet u l-attitudnijiet fi kwistjonijiet ta’ flus u jaġixxi bħala pedament għaż-żgħażagħ biex jibnu drawwiet ta’ flus b’saħħithom minn età bikrija u jevitaw li jiżviluppaw drawwiet li jistgħu jwasslu għal ġlidiet tul il-ħajja.
L-għan ta’ dan il-programm hu li tgħin liż-żgħażagħ iżidu l-litteriżmu finanzjarju tagħhom billi jkunu jafu kif jimmaniġġjaw il-qligħ tagħhom u jitgħallmu kif jiffrankaw u jissellfu l-flus b’mod responsabbli; jesplora wkoll l-importanza li tagħti prijorità lill-iffrankar tiegħek. L-attivitajiet f’dan il-programm ikopru wkoll it-taħbit ta’ ostakli finanzjarji, il-fehim ta’ kif tippjana għal pensjoni tajba u kwistjonijiet oħra.
Money Wise huwa offrut lill-żgħażagħ li għandhom bejn it-12 u l-15-il sena.
Billi nipparteċipa se:
- kif tagħżel liema prodotti jissodisfaw l-aħjar il-bżonnijiet tiegħek
- kif tibbaġitja b’mod effettiv, matul diversi stadji ta’ ħajtek
- kif tissellef b’mod sensibbli u timmaniġġja d-djun b’mod effettiv
- biex tifhem nases tad-dejn li jistgħu jgħinuk tevita ċikli tad-dejn
- biex tippjana li l-miri tiegħek jistgħu jintlaħqu finanzjarjament
- li tifhem u tipprattika l-bażi tal-użu sigur tal-Internet
X’inhu Take Action Through Photos?
Ta’ kuljum jiġu ppublikati eluf taʼ ritratti fuq pjattaformi differenti tal-midja soċjali. Dawn ir-ritratti jaqbdu mumenti differenti tal-ħajja u jikkomunikaw sitwazzjoni jew azzjoni partikolari lil min jarahom. Take Action Through Photos, għandu l-għan li jintroduċi liż-żgħażagħ kif huma jistgħu jużaw il-midja viżiva sabiex jgħaddu messaġġi dwar temi differenti li jinteressawhom.
Take Action Through Photos huwa offrut lill-żgħażagħ bejn it-12 u l-15-il sena.
Billi nipparteċipa se:
- Jesploraw id-dinja tal-fotografija.
- Jitgħallmu jużaw il-fotografija bħala mezz sabiex iqajmu kuxjenza dwar temi differenti.
- Jitgħallmu kif jużaw, jidentifikaw u jinterpretaw tekniki viżivi differenti bl-għan li tittieħed azzjoni fuq realtajiet differenti.
- Jitgħallmu jesprimu lilhom infushom bʼmod kreattiv.
- Jifhmu kif il-fotografija tistaʼ tqajjem kuxjenza dwar kawżi ġusti.
Sound On huwa offrut lill-żgħażagħ li għandhom bejn it-12 u l-15-il sena
Billi nipparteċipa se:
- Itejbu il-ħiliet tagħhom taʼ kif jitkellmu fil-pubbliku.
- Jitgħallmu jagħmlu riċerka dwar temi differenti.
- Jitgħallmu jagħżlu tipi taʼ mużika differenti.
- Jitgħallmu jissettjaw tagħmir tekniku.
- Jitgħallmu jirrekordjaw u jeditjaw il-programmi tagħhom.
X’inhu Fine Online?
Il-Programm Fine Online huwa ddisinjat biex jippreżenta informazzjoni filwaqt li jiġġenera diskussjoni u riflessjoni bil-għan li jgħin liż-żgħażagħ jimmaniġġjaw is-saħħa diġitali u l-benesseri tagħhom bl-aktar mod effettiv – l-ewwel għajnuna għall-benesseri diġitali. F’dawn iż-żminijiet bla preċedent tal-pandemija Covid-19, kulħadd qed jistrieħ fuq l-użu t’apparat diġitali aktar minn qatt qabel sabiex nibqgħu f’komunikazzjoni virtwali ma’ kulħadd, filwaqt li nkunu fiżikament ‘l bogħod minn xulxin.
Hemm żewġ programmi ta’ Fine Online:
deFINEonline – għal żgħażagħ fis-Seba’ u t-Tmien sena
reFINEonline – għal żgħażagħ fid-Disa’ u l-Għaxar sena
Billi nipparteċipa se nitgħallem:
- Nsir konxju tal-importanza u l-ambitu tal-benessri diġitali.
- Nakkwista strateġiji neċessarji li jippermettu benessri virtwali.
- Nkun kapaċi noħloq u nsib bilanċ bejn id-dinja virtwali u dik non-virtwali.
X’inhu Award in Youth Leadership?
Aġenzija Żgħażagħ tipprovdi bosta opportunitajiet fejn żgħażagħ jistgħu jipparteċipaw fi programmi taʼ empowerment, volontarjat, organiżżazzjoni tʼavvenimenti, taħdit fil-pubbliku u fʼnetworking maʼ organiżżazzjonijiet taż-żgħażagħ. Bis-saħħa tal-parteċipazzjoni tagħhom fʼdawn il-programmi, iż-żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet tal-ħajja differenti fosthom il-ħila importanti tat-tmexxija. Huwa bżonnjuż li żgħażagħ li jokkupaw pożizzjonijiet taʼ tmexxija jirċievu taħriġ taʼ kwalità sabiex iżidu filkunfidenza u jkunu kapaċi jilqgħu sfidi differenti li jiltaqgħu magħhom. Permezz taʼ taħriġ siewi li jiżviluppalhom ħiliet ġodda, iż-żgħażagħ ikunu kapaċi jaħdmu fi rwoli taʼ tmexxija iżjed impenjattivi.
Għall-żgħażagħ (+13) li jagħmlu parti minn organiżżazzjonijiet u gruppi taż-żgħażagħ kif ukoll żgħażagħ li qegħdin fi skejjel sekondarji jew post-sekondarji.
Permezz tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, l-Aġenzija Żgħażagħ għandha l-għan li tiżviluppa ħiliet taʼ tmexxija fiż-żgħażagħ. Dan il-kors jipprovdi liż-żgħażagħ bʼċertifikazzjoni taʼ Livell 3 u jinkludi t-taqsimiet li ġejjin:
- Introduzzjoni għat-tmexxija
- Il-Komunikazzjoni effettiva
- L-ippjanar strateġiku
- Ir-responsabilitajiet ċiviċi taʼ ċittadini attivi
X’inhu In Tune with Myself?
In Tune huwa programm tal- Aġenzija Żgħażagħ li jwassal ħiliet għall- ħajja. Dan il- programm ser jgħin liż-żgħażagħ jidentifikaw emozzjonijiet differenti fihom infushom u f’ ħaddieħor biex b’ hekk ikunu kapaċi jaffaċċjaw sitważżjonijie ta’ stress. L- empatija hija ħila ewlenija li ser jiffoka fuqha dan il- programm għaliex toħloq atmosfera ta’ kooperazzjoni u tgħin liż-żgħażagħ jifhmu aħjar lil xulxin.
Qegħdin jiġu offruti żewġ programmi differenti ta’ InTune:
- L- ewwel programm huwa indirizzat għal dawk ta’ bejn il- 11 u t- 12-il sena
- It-tieni programm huwa indirizzat għal dawk ta’ bejn it- 13 u l- 14 -il sena.
Billi nipparteċipa se:
- Nifhem aħjar emozzjonijiet differenti
- Nifhem aħjar lili nnfisi billi niġi konxju ta’ emozzjonijiet differenti li qiegħed nħoss
- Niddiskuti r-rabta bejn ir-relazzjonijiet u l- ħila li ngħarraf u nifhem emozzjonijiet differenti
- Nifhem kif is-saħħa fiżika u mentali jorbtu mal- ħila li nifhmu lil xulxin
- Nitgħallem modi differenti kif naffaċja u naħdem f’ sitwazzjonijiet ta’ stress
- Nikseb ħiliet u għerf relatat ma’ kif wieħed jegħeleb sfidi differenti tal- ħajja
X’inhu Youth Workout?
Youth Workout huwa programm għaż-żgħażagħ msieħba f’organizzazzjonijiet sportivi li huwa maħsub biex isaħħaħ u jikkumplimenta r-rutina ta’ taħriġ fiżiku tagħhom. Filwaqt li jiffoka fuq il-ħiliet tal-ħajja bażiċi, huwa mmirat biex ikompli iħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-isport u l-benesseri ġenerali tagħhom.
Żgħażagħ ta’ bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena msieħba f’organiżżazzjonijiet sportivi.
Organiżżazzjonijiet Sportivi
Se jkun jista’ joffri liż-żgħażagħ programm addizzjonali li jiffoka speċifikament fuq il-benesseri soċjali u mentali taż-żgħażagħ, permezz ta’ parteċipazzjoni sostnuta fl-isport.
Żgħażagħ
Dan il-programm jiffoka fuq t-Twaqqif ta’ Miri, Immaniġjar tajjeb tal-ħin, u d-Dinamika tat-Tim. Permezz tat-Twaqqfi ta’ Miri, ż-żgħażagħ jistgħu jkejlu l-progress personali tagħhom billi jiddentifikaw, jippjanaw u jaħdmu fuq l-għanijiet tagħhom. L-Immaniġġjar tal-Ħin huwa essenzjali biex jinżamm bilanċ b’saħħtu bejn l-isports, l-edukazzjoni u / jew l-impjieg u r-relazzjonijiet personali. Id-dinamika tat-tim ittejjeb l-iżvilupp u s-suċċess tat-tim.
L-applikazzjonijiet bħalissa huma magħluqa
Irreġistra l-interess tiegħek biex tipparteċipa f’dan il-programm billi tibgħat imejl fuq agenzija.zghazagh@gov.mt